Projection mal-faċċata tal-Parlament fil-ħin li bdiet tiġi diskussa l-mozzjoni tal-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia b’appell biex issir ġustizzja. Il-Gvern kellu jċedi u jilqa’ l-mozzjoni li ressaq Adrian Delia f’isem il-grupp kollu biex jiddiskutu t-talbiet tas-soċjetà ċivili li bħal Partit Nazzjonalista qed jitolbu għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali u biex dawn jinħatru b’żewg terzi tal-Kamra.
Fil-messaġġ li sar min-Network tas-Soċjetà Ċivili kien hemm miktub kemm il-ġurnata u siegħa hemm wara l-mewt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-appell hawn ukoll kien wieħed; talba għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Puliżija u tal-Avukat Ġenerali biex tibda’ ssir ġustizzja.
Wara siegħa li ġie proġettat il-messaġġ bil-ħin, l-attivisti ntalbu jneħħu l-messaġġ mill-pulizija wara rapport mir-residenti li qalu li ġew urtati
//= $special ?>