Sport Sport Ieħor

Roger Federer jirbaħ is-seba’ titlu tal-2017

Roger Federer (lemin) flimkien mal-finalist Juan Martin del Potro wara l-logħba (Ritratt: EPA)

Roger Federer kiseb is-seba’ titlu ta’ din is-sena wara li għeleb lil Juan Martin del Potro fi tliet sets biex rebaħ it-tournament tas-Swiss Indoors għat-tmien darba. L-Iżvizzeru għeleb lil del Potro 6-7, 6-4, 6-3 biex patta għat-telfa kontra l-Arġentin f’Basel fl-2012 u fl-2013.

Wara partita missielta li fiha rebħu set kull wieħed, del Potro ma setax ilaħħaq fis-set deċiżiv, b’Federer jirbaħ erba’ logħbiet konsekuttivi biex witta t-triq għar-rebħa. Wara l-logħba, Federer ikkonferma li ħa d-deċiżjoni li ma jipparteċipax fil-Masters tal-Pariġi tal-ġimgħa d-dieħla, biex b’hekk temm it-tamiet li jispiċċa s-sena bħala n-numru wieħed fid-dinja.

Realistikament, kien se jkun diffiċli biex id-19-il darba champion biex l-Iżvizzeru jispiċċa s-sena fl-ewwel post għall-ewwel darba mis-sena 2011. Għal del Potro din hi t-tieni telfa mill-aħħar 14-il logħba, biż-żewġ logħbiet ikunu kontra Federer.

B’din ir-rebħa, Federer kiseb il-95 titlu fil-karriera tiegħu, u jinsab seba’ wara l-aktar tennista ta’ suċċess Jimmy Connors.

Tags