Anzjana ta’ 68 sena minn Bormla sofriet feriti gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Bormla stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Fuq San Pawl meta l-anzjana ntlaqtet mill-vettura tat-tip Peugeot, misjuqa minn mara ta’ 33 sena minn San Ġiljan.
Il-vittma ttieħdet iċ-Ċentru tas-Saħħa għall-kura, fejn kienet iċċertifikat li qed issofri minn feriti gravi.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

