Wara l-każ tal-bieraħ, fejn mara nstabet f’toqba fil-kalkara wara tlett ijiem mingħajr ikel u xorb u qalbi il-ġrieden, fatt interessanti hu li f’dan il-post imwarrab fil-Kalkara, fl-istess post fejn instabet Natalie Williams, fiż-żona ta’ Ricasoli, fl-1908 – kwazi 100 sena ilu, tifel kien qatel lil kuġinuh ta’ 10 snin.
Il-Każ kien wieħed xokkanti, hekk kif il-vittma, Ġużeppi Marija Seguna, kien qala xeba f’dan il-post minn kuġinuh, u tħalla fl-istess post għal jumejn, wara jumejn, kuġinuh kien reġa’ mar fl-istess post u sab li kien għadu ħaj bil-ġrieden madwaru, waqt li l-vittma talbu bil-ħniena biex jgħinu, kien hawn li kuġinuh, Franġisk Farrugia, qabeż fuq sider kuġinuh u ħallieh mejjet.
Wara sena u tmien xhur, meta l-każ kien għadu mhux solvut, Franġisk kien mar quddiem il-qorti ghand il-Maġistrat u qallu dwar il-verita’ kollha. Franġisk Farrugia kien għex il-kumplament ta’ ħajtu għal aktar minn 70 sena fi sptar mentali.
Kienu ħafna li hekk kif instemgħet l-istorja ta’ Natalie Williams qablu dan il-każ mal-każ tagħha, li iżda fortunatament l-istorja ta’ Natalie ma’ kelliex l-istess tmiem.



