Tork li jgħix f’San Pawl il-Baħar ingħata sentenza ta’ 32 xahar ħabs wara li nstab ħati li fit-30 ta’ Mejju tal-2015 ikkawża l-mewt ta’ tifel ta’ għaxar snin, Rodwan Aghil, fis-Swieqi.
Għalkemm il-Qorti sabet li t-tifel kellu l-ikbar tort għaliex qabad u qasam it-triq, instab li Fatih Pancar, li għandu 40 sena, kien qed isuq b’mod perikoluż anke għaliex kien qed isuq iżjed mil-limitu permess fil-qrib ta’ skola u ċentru sportiv, kif ukoll għaliex qabe karozzi oħra f’liwja billi mar man-naħa l-oħra tat-triq.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddikjarat li hemm bżonn iżjed infurzar fil-konfront ta’ sewqan perikoluż li qalet li qed jiżdied.
Pancar kellu wkoll il-liċenzja tas-sewqan sospiża għal erba’ snin u mmultat iżjed minn €3,000.
//= $special ?>

