Lokali

Aktar minn 2800 sigarett tal-kuntrabandu għall-bejgħ ġo Dar tal-Anzjani f’Sa Maison

1200 sigarett tal-kuntrabandu oħra misjuba l-Ħamrun

Id-Dwana Maltija rnexxielha taqbad b’iktar minn 4000 sigarett tal-kuntrabandu ġo dar tal-anzjani f’Sa Maison u f’ħanut tax-xorb fil-Ħamrun.

Għadd ta’ rapporti li waslu għand id-Dwana, li ndikaw li t-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani biegħu sigaretti tal-kuntrabandu lill-anzjani residenti, wassal biex instabu ftit iktar minnn 2,800 sigarett f’uffiċju fid-dar. Il-maġġor parti tas-sigaretti misjuba huma tad-ditta Richman.

Fit-tieni każ, 1200 sigarett tal-kuntrabandu tal-marka Business Royals’ King Size instabu ġo ħażna f’ħanut tax-xorb fiċ-ċentru tal-Ħamrun.

Id-Dipartiment tad-Dwana jappella li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna tant li jġorr miegħu penali kkunsidrata piena karċerarja. Għalhekk, wieħed għandu jinforma lid-Dipartiment b’bejgħ tax-xorta billi jċempel anonimament fuq 2568 5124 jew 2568 5200.