F’dan il-filmat li kiseb Net News jidher il-mument li fih ir-raġel ta’ Natalie Williams, Roddy Williams, nqabad mill-qraba tal-mara tiegħu fil-Kalkara u rabtuh b’ħabel sakemm waslu l-Pulizija u r-raġel ititeħed l-għassa, fejn eventwalment ġie mġiegħel jgħid fejn kien ħeba u poġġa lill-mara tiegħu.
Minn informazzjoni li għandu Net News jirriżulta li r-raġel, Roddy Williams mis-Seychells ilbieraħ filgħaxija ntlemah mill-qraba ta’ Natalie Williams fi triq is-Salvatur fil-Kalkara. Kien hawn li qraba ta’ Natalie bdew jistaqsuh fejn kienet Natalie u waqt li hu baqa’ ma’ weġibtx, hu ntrabat b’ħabel biex ma jaħrabx u ssejħu l-Pulizija fuq il-post. Kien hawn li r-raġel ttieħed l-għassa u aktar tard ammetta li kien hu li ħeba lill-mara f’toqba fiż-żona ta’ Ricasoli. Kien hu stess li ħa lill-Pulizija fuq il-post biex jindikalhom fejn kien poġġiha. Hawnhekk il-mara ta’ 46 sena nstabet mitlufa minn sensiha u ttieħdet l-isptar Mater Dei fejn qed tingħata l-kura.
Net News jinsab infurmat ukoll li Natalie Williams kienet ilha tiġi mhedda mir-raġel tagħha u minkejja li r-rapurtat mal-Pulizija, ma ttieħdu l-ebda passi.
//= $special ?>