Kultura Lokali Mużika

Iktar minn €4,000 miġbura waqt maratona ta’ 60 siegħa mużika ‘live’

Il-Brigata Sależjana benefiċjarja tal-maratona f’'Talbot & Bons'

It-tielet edizzjoni tal-maratona ta’ 60 siegħa mużika live, li saret ix-xahar li għadda ġo Talbot & Bons f’Skyparks u sponsorjata minn Yobetit.com, ġabret xejn inqas minn €4000 b’risq it-tfal u  ż-żgħażagħ li jixtiequ jitgħallmu l-mużika mal-Brigata Sależjana.

Il-maratona bdiet il-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru 2017 u fiha ħadu sehem aktar minn 180 mużiċist Malti, kemm artisti stabbiliti, dawk emerġenti u bands, b’mhux inqas minn 51 slot ta’ siegħa-l waħda. Id-disa’ sigħat l-oħra kienu sessjonijiet b’microphones miftuħa fejn b’mod spontanju iffurmaw bands  fuq il-palk.

Amy Talbot, Direttriċi ta’ Talbot & Bons, fi stqarrija uriet il-gratitudni lit-tim kollu li ħadem mingħajr waqfien biex l-għan jintlaħaq, lill-artisti tas-sehem volontarju tagħhom u lill-pubbliku tal-attendenza numeruża u l-ġenerożità kbira tagħhom.