– David Stellini, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li l-gvern ma jmeminx bis-serjetà fi skrutinju ta’ kwalità.
Fil-parlament David Stellini qal li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tefa’ dawl fuq il-klima ta’ intolleranza għall-opinjonijiet u għall-kritika fil-pajjiż. Hu sostna li jkun għaqli li jkun hemm ir-rispett meħtieġ għaliex hawn element ta’ intolleranza.
Id-demokrazija tfisser ukoll li jkun hemm protezzjoni u l-ħarsien tal-minoranza, li għandha jkollha l-ispazju kollu bi ditt li titkellem u tikxef il-korruzzjoni. L-Istat għandu jagħti l-ħarsien meħtieġ, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Xahar wara l-elezzjoni ġenerali, it-tifel ta’ Daphne intalab jiġi Malta mill-Indja fejn kien qed iservi bħala diplomatiku. Il-Gvern tah ġimgħatejn biex jiġi lura Malta bla ma tah raġuni. Din kienet diskriminazzjoni politika bl-iskop li Daphne Caruana Galizia tweġġa’.
David Stellini saħaq fuq l-importanza tat-tisħiħ tad-demokrazija, li hi xi ħaġa ħajja. Id-demokrazija mhix biss elezzjoni. Hu kkritika l-proposti tal-gvern fil-liġi dwar l-amministrazzjoni pubblika u qal li l-gvern mhux veru jemmen fi skrutinju ta’ kwalità. Dan hu skrutinju li ma jeżisti fl-ebda pajjiż. Hu semma lis-Soċjalista Ana Gomez u spjega kif din qalet li ħadd m’għandu fiduċja fl-awtoritajiet lokali Maltin minħabba l-investigazzjonijiet li kellhom isiru fuq il-Panama Papers.
Hu semma l-ħatra taċ-Chairman tal-Malta Gaming Authority u qal li l-parlament għandu jiskrutinja b’mod xieraq lil dan il-persuna nominata. Din il-persuna se jkun taqla’ €80,000 fis-sena u għalhekk għandha tiħi quddiem il-parlament għall-iskrutinju.
Hu ppropona li min ikun appuntat għandu jwieġeb il-mistoqsijiet u tliet ijiem wara jmur quddiem il-kumitat parlamentari għall-iskrutinju. Dan l-iskrutinju għandu jinfetaħ għal diversi karigi fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kap Kmanadant tal-FAM, il-Kap taċ-Ċivil u ta’ karigi ta’ importanza nazzjonali.
//= $special ?>