Wara li l-ġimgħa l-oħra l-Perit Toni Bezzina ppreżenta l-proposti tiegħu għat-tisħiħ tal-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista, nieda aktar proposti li bihom se tisaħħaħ il-midja tal-Partit.
Il-Kandidat ghall-elezzjoni ta’ Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista ghall-affarijiet tal-Partit Toni Bezzina sostna li trid issir analiżi dettaljata tal-oqsma kummerċjali tal-Partit bis-sehem attiv tal-ħaddiema stess biex titfassal strateġija ħolistika għal dawn l-entitajiet. B’hekk ikunu jistgħu jittieħdu dawk d-deċiżjonijiet li jtejbu l-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol tagħhom kif ukoll isiru aktar finanzjarjament vjabbli.
Toni Bezzina, kompla jgħid li għandu jkun hemm skedat b’mod regolari laqgħat mal-edituri u mal-ġurnalisti tal-Partit biex huma jkunu sinkronizzati mal-messaġġ politiku tal-Partit.
Biex tkompli t-tisħiħ tal-midja, Bezzina qal li jrid jitwessa’ l-ispettru tal-udjenzi fil-mezzi tax-xandir, kemm viżivi u stampat, biex dawn jilħqu d-diversità kollha tas-soċjetà Maltija.
Toni Bezzina qal li “irridu ninvestu kontinwament fil-ħaddiema tal-midja tal-Partit Nazzjonalista biex inkunu nistgħu nagħtu l-aqwa servizz lill-pubbliku. Fl-istess waqt, irridu nagħtu spazju lill-attivisti u lit-tesserati li jixtiequ jinvolvu ruħhom fil-midja tal-Partit.
Il-kandidat ghall-elezzjoni ta’ Vici Kap ghall-affarijiet tal-Partit Toni Bezzina ser ikun qed jiltaqa’ mal-ħaddiema tal-Media Link u tad-Dar Ċetrali biex magħhom ikompli jiddiskuti dawn il-punti.
“Dawn il-proposti huma ntiżi biex l-Partit ikun f’pożizzjoni li jilħaq l-aspetattivi tal-pubbliku kollu Malti li, aktar minn qatt qabel, qed jesiġi minn dawk li jirrappreżentawh aktar kredibilità u dinjità.” temm jgħid Toni Bezzina.
//= $special ?>

