Lokali

Jaqa’ sular waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ fi Triq id-Dgħajjes, f’Raħal Ġdid, bil-Pulizija jkunu nfurmat bil-każ għall-ħabta tas-13:45.

S’issa għad mhux magħrufa l-kundizzjoni jew dettalji tal-ħaddiem.