Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat mill-Pulizija wara li nqabad jisraq mobile minn id mara qabel ħarab minn fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar u għaxra meta l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, li kienu għaddejjin minn Triq Diċembru 13 fid-direzzjoni tal-Belt Valletta, twaqqfu minn raġel li rrapporta li ra lill-akkużat jaħtaf mobile minn idejn il-mara.
Il-Pulizija sabu lil din il-mara, kellmuha u wara li tat deskrizzjoni tal-aggressur, il-Pulizija immedjatament telqu jiġru wara l-aggressur u arrestawh.
Waqt l-arrest ir-raġel rema’ l-istess mobile phone, iżda dan instab wara ftit, minn membri oħra tar-Rapid Intervention Unit li marru jassistu.
Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Ħamrun għal iżjed investigazzjonijiet.
//= $special ?>

