Id-Direttur tal-Ħabs Paul Debattista tneħħa jew irriżenja mill-pożizzjoni tiegħu bla ma ngħatat raġuni uffiċjali mill-Gvern.
Dan irriżulta fil-Parlament illejla waqt li l-Ministru tal-Intern Michael Farrugia kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamnetari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi, Herman Schiavone u Therese Commodini Cachia li kkritikaw lill-Gvern għall-fatt li din id-deċiżjoni inżammet mistura u l-gvern m’għamilhiex pubblika.
Il-Ministru tal-Intern qal li d-Direttur Ġenerali rriżenja minħabba raġunijiet personali ftit ġimgħat ilu u floku inħatret l-Aġent Direttur Mariella Camilleri. Hu sostna li hi kienet Assistent Direttur tal-Ħabs.
Il-Ministru tal-Intern qal li sakemm persuna ma jkunx tneħħa għal raġunijiet ta’ dixxiplina l-gvern ma jħossx li kellu jmur pubbliku. L-iktar importanti hu li x-xogħol baqa’ għaddej u l-funzjonijiet tal-ħabs għadhom f’posthom.
Il-Ministru tal-Intern qal li ma jara l-ebda raġuni għaliex għal dan aktar u aktar meta l-persuna kienet parti mill-ħabs.
//= $special ?>