Il-ġurnal In-Nazzjon jagħti prominenza lid-dibattitu li sar ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament b’rabta mal-kriżi tal-istituzzjonijiet f’pajjiżna wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia aktar kmieni dan ix-xahar, bil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jagħmel proposti dettaljati lill-Prim Ministru għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u biex il-Gvern jagħti widen għall-appelli tan-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili li huma l-istess proposti li ilha tressaq l-Oppożizzjoni tul dawn l-aħħar ġimgħat.
Stejjer oħrajn jirrigwardaw l-iskumdità tal-Ministru Michael Farrugia quddiem mistoqsijiet ta’ dan il-ġurnal dwar il-Kummissarju tal-Pulizija, l-elezzoni għall-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, u l-akkużi li tressqu mill-Pulizija baxx baxx kontra l-eks-canvasser tal-Ministru Evarist Bartolo.
L-Opinjonijiet tal-lum huma ta’ Mario Schiavone u ta’ Euchar Mizzi.
//= $special ?>