Il-Professur Malti Joseph Mifsud qed ikun akkużat li kien parti minn kampanja intenzjonata li tħammeġ ir-reputazzjoni ta’ Hillary Clinton qabel l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Il-kampanja kienet immexxija minn George Papadopoulos, li skont il-Washington Post iltaqa’ ma’ Mifsud fl-Italja f’Marzu tal-2016.
Il-Professur Mifsud hu d-direttur tal-Akkademja tad-Diplomazija ta’ Londra u jissemma’ f’dokument ta’ madwar 20,000 paġna. The Washington Post takkużah li kien hu li laqqa’ lil Papadopoulos ma’ uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu.
L-iskop ewlieni jidher li dak li sa dak iż-żmien kien il-kandidat għall-Presidenza tal-Istati Uniti, Donald Trump, jiltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin.
Qabel inkixef dan id-dokument, il-Professur Mifsud kien diġa’ kkuntattjat mill-Washington Post iżda ċaħad li kellu xi tip ta’ kuntatt mal-Gvern Russu ħlief għal raġunijiet akkademiċi.
Minkejja li ilu għall-aħħar snin jaħdem ‘lil hinn minn xtutna, qabel l-elezzjoni tal-2013 il-Professur Mifsud hu deher flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat għal konferenza tal-aħbarijiet dwar sħab possibbli ma’ universitajiet barranin.
Papadopoulos ġie arrestat wara li gideb lill-FBI dwar kuntatti bejn persuni li allegatament kellhom rabtiet ma’ uffiċjali għolja Russi.
//= $special ?>

