Internazzjonali

Ġappuniż jammetti li qatel disa’ persuni f’xahrejn

Raġel li kien arrestat wara li l-Pulizija sabu katavri mbiċċra fl-appartament tiegħu, ammetta li b’kollox qatel disa’ persuni f’temp ta’ xahrejn.
Fl-appartament ta’ Takahiro Shiraishi ta’ 27 sena, il-Pulizija sabet żewġt irjus u diversi biċċiet ta’ katavri.
Minn dak li qal lil Pulizija jirriżulta li hu kien iqatta’ partijiet mill-katavri biex jarmihom u jpoġġi l-cat litter fuq il-bqija biex jaħbihom.
Sorsi qalu lill-midja Ġappuniża li hu kien isib il-vittmi tiegħu fuq Twitter u aktarx kien joqtolhom il-ġurnata li jiltaqa’ magħhom. Skont ir-rapporti mill-Ġappun, instabu disa’ irjus b’kollox u ħafna idejn u saqajn.
Il-Pulizija għadha qed tipprova tidentifika l-vittmi kollha.