Artisti mhux magħrufa iddisinjaw dawn il-graffiti (ritratt) mal-ħitan tal-iskate park fl-Imsida sabiex iwasslu messaġġ doppju.
Il-graffiti, li sar fl-aħħar 24 siegħa, għandhom it-tema tal-Halloween. Iżda lil hinn minn dan, għandhom ukoll messaġġ politiku marbut mal-jiem li qed ngħixu fihom bħalissa f’pajjiżna.
Min għamel l-ispray fuq il-ħajt kiteb ‘In loving memory of Malta’ biswit wiċċ il-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-kliem huma miktuba fuq lapida ta’ ċimiterju.
