Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppozizzjoni Adrian Delia kellu laqgħa fl-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista mal-Ambaxxatrici Amerikana għal Malta Kathleen Hill.
Fl-ewwel l-aqgħa mal-ambaxxatriċi Amerikana, il-Kap tal-Partit Nazzjonalist Adrian Delia tkellem dwar is-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna fid-dawl tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia spjega kif fid-dawl ta’ dan kollu rridu nsibu bilanċ bejn li ssir ġustizzja u li naħsbu fejn irridu nieħdu lil pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Adrian Delia tkellem ukoll kif f’pajjiż bħal Malta rridu nkunu aktar kapaċi nagħmlu differenza bejn il-mod kif aħbar tiġi interpretata u l-aħbar vera.
Matul il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mid-deputati Carm Mifsud Bonnici u David Stellini.
//= $special ?>

