Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia f’laqgħa mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kellu laqgħa mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta Mario Sammartino.

L-Ambaxxatur Taljan esprima  solidarjeta’ ma’ pajjiżna b’rabta ma dak li għaddej bħalissa f’pajjiżna.

L-ambaxxatur Taljan għal Malta faħħar lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista talli ltaqa’ mal-Kummissjoni Taljana antimafia, b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Temi oħra diskussi kienu l-isfidi tal-immigrazzjoni llegali u l-problemi ekonomiċi li jħabbtu wiċċhom pajjiżna u l-Italja.

Matul il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mid-deputati Carm Mifsud Bonnici u David Stellini.