Lokali

Il-Pulizija qed tfittex Albaniż ieħor b’rabta mas-serqa f’ħanut fi Pjazza Tigne

Albaniż ta’26 sena qed ikun imfittex mill-Pulizija b’rabta mas-serqa minn ħanut tal-ġojjellerija fi Pjazza Tigne, Tas Sliema. Il-ġuvni mfittex huwa Begtash Muka.

Il-Pulizija qed titlob biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 , 21 224001 jew fl-Għassa ta’ Tas-Sliema fuq in-numru 2294 3351.

B’rabta ma’ din is-serqa diġa’ tressaq il-Qorti l-Albaniż, Daniel Muka ta’ 22 sena . Hu qed ikun akkużat b’attentat ta’ qtil fuq tliet kuntistabbli tal-Pulizija, li ħebb għall-pulizija u li rreżista bi vjolenza.

Fil-5 ta’ Ottubru żewġ ħallelin lebsin parrokka ta’ buffu daħlu fil-ħanut Diamonds International f’Tigne u marru dirett fejn hemm il-vettrini, kisruhom, u serqu xi oġġetti li poġġew f’żewġ basktijiet. Fil-ħin tas-serqa fil-ħanut li fih seħħet is-serqa kien hemm żewġ ħaddiema li ngħataw il-kura minħabba xokk kbir. Huma kienu ħarbu bi quadbike li kienet fuq il-post u kien hemm persuna oħra tistennihom f’karozza oħra tat-tip Suzuki Alto. Il-Karozza li ħarbu biha l-ħallelin kienet instabet ftit tal-ħin wara fil-Gżira.

Kommossjoni f’Paceville: Tnejn arrestati; aktarx b’rabta mal-hold-up f’Tignè