Roddy Williams ta’ 37 sena mis-Seychelles illum tressaq il-Qorti akkużat li ħalla lil martu f’toqba taħt l-art għal tlett ijiem f’Ricasoli fil-Kalkara. Ir-raġel wieġeb mhux ħati madanakollu nżamm arrestat il-ħabs. Roddy Williams qed ikun akkużat li ħataf lill-mara u li ġiegħla tagħmel atti sesswali bi vjolenza u nissel biża’ fiha. Hu kien akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga eroina, li aggredixxa pulizija u li kkaġuna feriti ħfief fuq it-tifel ta’ martu.
Ir-raġel, residenti l-Fgura, mar il-Qorti skortat mill-Pulizija u deher quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-avukati difensuri Franco Debono u Yanica Vidal u ordnat li jkun eżaminat minn tabib minħabba d-daqqa ta’ ponn li kellu f’għajnejh.
L-avukat tar-raġel, li qed jidher għall-akkużat, qal li l-mara bidlet il-verżjoni tagħha dwar jekk marritx mar-raġel il-Kalkara għaliex aċċettat li tiltaqa’ miegħu u mhux għax kienet mhedda.
L-Ispettur Josric Mifsud qal li l-mara aċċettat li tiltaqa’ mar-raġel iżda qatt ma riedet jew aċċettat li tmur fil-post taħt l-art fejn ħadha l-akkużat.
Nathalie Williams, li għandha 46 sena, tħalliet f’post abbandannat għal tliet ijiem mingħajr ikel u xorb u nstaber mitlufa minn sensiha. Hi għadha qed tiġi rikoverata fl-isptar.
//= $special ?>Fl-istess post fejn instabet Natalie Williams kien inqatel tifel ta’ 10 snin


