Stephen Parry (ritratt), il-President tas-Senat Awstraljan, ħabbar li kien se jirriżenja mill-kariga wara li kkonferma li kellu ċittadinanza doppja, dik Awstraljana u dik Ingliża.
Parry qal li l-Ogħla Qorti Awstraljana kienet ċara li r-regoli Kostituzzjonali jipprojbixxu l-elezzjoni ta’ nies b’ċittadinanza doppja.
Il-gimgħa li għaddiet, peress li nstab li kellhom ċittadinanza doppja, il-qorti ddeċidiet li ħames politiċi fosthom Barnaby Joyce, id-Deputat Prim Ministru, kienet invalida.
Parry nnifsu lanqas kien żgur li kellu ċittadinanza doppja u qanqal il-mistoqsija hu stess nhar it-Tlieta. Xi ħaġa li mbagħad kienet konfermat mill-Home Office Ingliż peress li Parry kellu missieru Ingliż.
Jirriżenja l-President tas-Senat Awstraljan minħabba ċittadinanza doppja


