Lokali

Mużiċisti mheddha minn uffiċjali pubbliċi jekk idoqqu f’Kunċert ad unur Daphne Caruana Galizia

Uffiċjali għolja tal-Gvern heddew kantanti u mużiċisti ħaddiema mal-Gvern li jitilfu xogħolhom jekk idoqqu f’kunċert ad unur il-ġurnalista assasinata, Daphne Caruana Galizia, quddiem il-Parlament il-Belt is-Sibt li ġej. Dan skont rapport tas-sit elettroniku LovinMalta.com, liema rapport jgħid li f’idejha għandha iktar dettalji iżda għażlet li tippreservahom fl-interess tal-istess ħaddiema.

L-għan tal-organizzaturi, is-Surmast Michelle Castelletti u l-vjolinista Jean Noel Attard, huwa li l-mużiċisti ma jittollerawx dan l-att barbaru, ma jittollerawx il-korruzzjoni u li ma jibżgħux isemmgħu l-verità. Il-mużika hija lingwa universali li tgħaqqad il-ġnus u għalhekk qed iħeġġu l-Maltin jattendu b’tabelli b’hashtags pożittivi bħal #għaqda #unur #dinjità u #Malta.