Illum fi stqarrija l-Gvern ħabbar li nhar il-Ġimgħa, fil-jum li se jsir il-funeral tal-ġurnalista Daphne Caraua Galizia, se jkun osservat jum ta’ luttu nazzjonali.
Il-Gvern qal li dan se jsir bħala sinjal li l-ebda attakk fuq il-libertà tal-espressjoni ma huwa aċċettat fid-demokrazija tagħna. Dan se jkun ukoll turija ta’ rispett minn pajjiż wieħed.
Il-Gvern qal li s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar kiteb uffiċjalment lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet tal-Entitajiet Pubbliċi biex dakinhar il-bnadar fuq il-binjiet pubbliċi kollha jittajru mezz’asta. Tħabbar ukoll li l-Qorti nhar il-ġimgħa ta’ tagħlaq kmieni u tiftaħ biss f’każijiet urġenti.
Il-Gvern jappella biex dan is-sentiment ta’ luttu nazzjonali jiġi rispettat minn kulħadd.
//= $special ?>

