Lokali

Se jkun pubblikat ktieb dwar Daphne Caruana Galizia

Caroline Muscat, ħabiba ta’ Daphne Caruana Galizia u ġurnalista ħabbret li fil-ġimgha li ġejjin se jkun pubblikat ktieb b’kontribuzzjonijiet dwar Daphne Caruana Galizia.

Caroline Muscat ħabbret dan waqt li kienet intervista fil-programm Iswed fuq L-abjad fuq Net Television. Sostniet li hemm diversi kontributi Maltin kif ukoll barranin li se jiehdu sehem b’mod volontarju.

Matul l-intervista Caroline Muscat tkellmet dwar l-aħħar darba li tkellmet ma’ Daphne Caruana Galizia qabel nqatlet u dwar dak li qaltilha.

Caroline Muscat tkellmet ukoll dwar dak li wettqet Daphne Caruana Galizia fil-karriera tagħha.

Caroline Muscat qalet ukoll li wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ħafna nies qed jitkellmu u qed juru li ma jaqblux kif mixi bħalissa l-pajjiż permezz tal-vġili jew permezz tad-dimostrazzjonijiet li qed ikunu organizzati.