Lokali

Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani se jattendi għall-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia

Antonio Tajani jiltaqa' mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia

Hekk kif għada se jkun qed isir il-funeral tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, mistenni li għal dan il-funeral se jkun qed jattendi l-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani.

Il-funeral se jkun qed isir fir-Rotunda tal-Mosta u Tajani se jkun qed jattendi għall-funeral fuq stedina tal-membru parlamentari ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista David Casa.

Wara l-funeral, il-President ser iżur in-newsroom tal-Malta Independent f’ San Gwann, fejn Daphne Caruana Galizia kienet tikteb għal dawn l-aħħar ħdax-il-sena.

Tajani diġa sellem il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia fil-Parlament Ewropew. Fid-diskors tiegħu hu kien saħaq li dan il-qtil ma jistax jibqa’ għaddej b’impunità. Antonio Tajani kien ħabbar ukoll li l-kamra tal-konferenzi tal-aħbarijiet tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu se tissemma għal Daphne Caruana Galizia.