Ikomplu joħorġu aktar akkużi kontra atturi magħrufa Amerikani minħabba fastidju sesswali.
Wara Harvey Weinstein, kolonna tal-industrja tal-films u l-attur Kevin Spacey, issa kien imiss lill-attur Dustin Hoffman.
Fil-każ ta’ Hoffman, dan qed ikun akkużat li ta fastidju lil studenta fl-1985 waqt li kien qed jaħdem fuq il-film Death of a Salesman. Anna Graham Hunter, illum kittieba, qalet li kellha 17-il sena meta l-attur rebbieħ tal-Oscar, kien ta fastidju sesswali. Hoffman min-naħa tiegħu ħareġ apoloġija u li dan ma kienx riflessjoni tal-persuna li hu.
Feġġew akkużi minn producer tal-films, Wendy Riss Gatsiounis, li qalet li meta kienet marret tiddiskuti xogħol ma’ Hoffman u persuna oħra, l-attur kien ta fastidju sesswali.
Dustin Hoffman fl-inkwiet minħabba fastidju sesswali


