Lokali Qtil Politiku

FILMAT: France 24 b’servizz fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

France 24, aġenzija tal-aħbarjiet fi Franza xandret servizz dwar il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan għamlitu b’rabta mal-appell tal-UNESCO biex tieqaf l-impunità għal reati kontra l-ġurnalisti u ssir ġustizzja.

L-istazzjon kellem lil Manuel Delia fejn fis-servizz għamel referenza għal kitba ta’ Caruana Galizia. France 24 qal li Daphne Caruana Galizia kienet desktritta bħala ‘one woman wikileaks’ li rnexxiela tikxef bosta abbużi li qed isiru f’pajjiżna. Segwi s-servizz hawn fuq.