Futbol Sport

Gareth Southgate jagħmel tmien bidliet fl-iskwadra nazzjonali Ingliża

Joe Gomez, Ruben Loftus-Cheek u Tammy Abraham ntgħażlu għall-ewwel darba minn Gareth Southgate biex jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Ingliż. Dawn it-tliet plejers li tnejn minnhom huma proprjetà ta’ Chelsea, huma parti mill-grupp li se jilagħbu kontra l-Brażil u l-Ġermanja f’partiti ta’ ħbiberija f’Wembley Stadium.

B’kollox hemm tmien bidliet mit-tim li f’Settembru assigura l-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja. Il-plejers li rritornaw huma Danny Rose ta’ Tottenham u Fabian Delph ta’ Manchester City li kienu mweġġgħin, kif ukoll id-duo ta’ Manchester United Ashley Young u Phil Jones, l-attakkant ta’ Leicester Jamie Vardy.

Fost il-plejers li mhux jinsabu fl-iskwadra mill-aħħar għażla, hemm id-difensur ta’ Manchester United Chris Smalling u ż-żewġ plejers ta’ Liverpool Alex Oxlade-Chamberlain u Daniel Sturridge.

Il-gowlkiper ta’ Southampton Fraser Forster, Aaron Cresswell ta’ West Ham, Michael Keane ta’ Everton, il-midfielder ta’ West Bromwich Albion Jake Livermore u l-attakkant ta’ Bournemouth Jermain Defoe wkoll ma kinux  magħżula.

L-Ingilterra se jilagħbu kontra ċ-champions tad-dinja l-Ġermanja l-Ġimgħa 10 ta’ Novembru, qabel ma jilagħbu kontra l-Brażil erbat ijiem wara.

Skwadra finali

Gowlkipers: Jack Butland, Joe Hart, Jordan Pickford

Difensuri: Ryan Bertrand, Gary Cahill, Joe Gomez, Phil Jones, Harry Maguire, Danny Rose, John Stones, Kieran Trippier, Kyle Walker

Midfielders: Dele Alli, Fabian Delph, Eric Dier, Jordan Henderson, Jesse Lingard, Ruben Loftus-Cheek, Raheem Sterling, Harry Winks, Ashley Young

Attakkanti: Tammy Abraham, Harry Kane, Marcus Rashford, Jamie Vardy