Il-Pulizija waslet biex issolvi l-każ tas-serqa minn ġojjellerija f’Tas-Sliema, hekk kif kienu identifikati aktar persuni li kienu involuti f’dan ir-reat u mistennija li jitressqu quddiem il-Qorti.
NET News hu nfurmat li aktar tard matul il-jum se jkunu qed jitħabbru l-aħħar żviluppi b’rabta ma din is-serqa.
Nhar il-Ħadd li għadda tressaq Albaniż, Daniel Muka, li kien akkużat b’din is-serqa. L-istess Muka aktar kmieni matul Ottubru kien tressaq il-qorti akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ żewġ pulizija.
Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat tħabbar li qed ikun imfittex mill-Pulizija wkoll l-Albaniż ta’26 sena Begtash Muka.
//= $special ?>

