– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li jirriżulta li hemm indħil politiku fl-għoti tal-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar tantt li din llum mhix qed topera ‘l bogħod mill-politiċi.
Fid-diskussjoni parlamentari dwar l-iżvilupp sostenibbli Karol Aquilina qal li l-iżvilupp għandu jsir bla ma jikkomprometti l-ġenerazzjonijiet futuri. Hu kompla li r-rapporti dwar l-iżvilupp sostenibbli rilevanti għadhom mhux qed ikunu diskussi fiż-żmien addattat u li ż-żewġ rapporti dwar l-iżvilupp sostenibbli huma kważi fotokopja ta’ xulxin.
Id-deputat Nazzjonalista qal li għanha ssir preżentazzjoni fil-Kumitat Parlamentari għall-Ambjent u l-Iżvilupp biex ikun hemm analiżi u sostna li fl-edukazzjoni Malta għamlet passi kbar ‘il quddiem.
Dan wassal biex hawn tnaqqis drastiku fin-numru ta’ studenti li jitilqu kmienu mill-istudji tagħhom. Jirriżulta li f dan l-ammont niżel minn 54% fl-2000 għal 20% llum. Fis-saħħa wkoll il-Maltin jgħixu iktar fejn fl-2010 l-età medja kienet 70 sena waqt li fl-2014 din telgħet għal 74 sena.
Karol Aquilina kompla li n-netwok dwr l-żvilupp sostenibbli iltaqa’ biss darbtejn meta dan għandu rwol importanti fil-funzjoni tiegħu iżda mhux jiltaqa’. Hu semma l-Gwardjan tal- Ġenrazzjonijiet Futuri u qal li dan għandu rwol importanti u għandu jkollu anki kummissjoni tassistih.
L-ewwl gwardjan kien l-Ambaxxtaur Zammit Cutjaar li wettaq ħidma kbira iżda kien irriżenja flimkien mal-kummissjoni kollha fl-2015. Ir-raġuni kienet in-nuqqas ta’ appoġġ finanzjarju u ta’ riżorsi mill-gvern biex isiru r-rakkomandazzjonijiet innovattivi u l-analiżi.
Warajh kien maħtur Maurice Mizzi bħala gwardjan iżda fl-2016 din il-kummissjoni ma ffunzjonatx. Din m’hix sitwazzjoni aċċettabbli u l-Ministru għandu jiggarantixxi li din tiffunzjona.
Maurice Mizzi kien kiteb pubblikament f’rivista li l-awtoritajiet fetħu l-bibien għall-epremssi tal-bini bla kunsiderazzjonijiet meħtieġa u qed jinħarġu kull forma ta’ pemessi bla kontroll u bla rażan. Mizzi spiċċa jfaħħar lill-gvern għall-mod kif l-awtoritajiet qed joħroġu dawn il-permessi.
Hu deplorevoli li bħala gwardjan, Mizzi jfaħħar lill-gvern li qed joħroġ il-permessi bl-addoċċ u l-pajjiż isir ġungla tal-konkos. Dan il-kliem mhux kompatibbli mal-rwol tiegħu ta’ Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri. M’hemmx dubju li l-Prim Ministru u l-Ministru huma kuntenti b’dan id-diskors.
Maurice Mizzi sar Gwardjan tal-Iżviluppaturi, sostna Karol Aquilina, li kompla li kellu jwarrab mill-kariga fdata lilu. Dan il-kliem hu inkompatibbli mar-rwol tiegħu li jissalvagwardja l-interessi tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Karol Aquilina qal li dan hu kliem ġej mill-kummissarju li għandu rwol li jiddefendi l-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Dwar il-bini fil-pajjiż jirriżulta li l-2017 se tibqa’ mfakkra għan-numru ta’ żviluppi li twettqu f’żoni ODZ. F’Mejju 2017 l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet 1,247 permess ta’ żvilupp. Dan kien rekord ta’ permessi maħruġa. Is-sitwazzjoni hi agħar fil-permessi f’żoni ODZ.
Hu ta ċifri dwar il-permessi maħruġa fejn jirriżulta li sa April 2017 ken hemm 429 deċiżjoni għal bini fl-ODZ u kien hemm 63% tal-permezzi approvati. Fl-2016 dan il-persentaġġ kien 48% tal-permessi approvati, fl-2013 kien 28% u fl-2011 dan kien 18%.
Hu rrifera għal rapport sar mit-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia bit-tema ‘Political land corruption: evidence from Malta – the European Union’s smallest Member State’ dwar il-mod kif il-gvern Malti joħloq istituzzjonijiet biex jiġbru l-kera biex joħloq opportunitajiet biex ikun hemm il-korruzzjoni. Dan ir-rapport ġie ppubblikat mill-Cambridge University Press nhar it-Tnejn 16 ta’ Ottubru 2017 proprju fil-jum li ġiet assasinata ommhom, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fir-rapport kienu analizzati aktar minn erba’ gigabites ta’ permessi ta’ data maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar. Jirriżulta li numru kbir ta’ permssi f’żoni ODZ kienu approvati qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-case officers għal talbiet li jkunu miċħuda f’ODZ kienu qed jiġu injorati mill-Bord fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni. Il-Bord kien qed isib mod kif jagħti l-permessi. Kien hemm indħil mill-Gvern għall-ħruġ ta’ permessi f’ODZ u li l-Awtorità tal-Ippjanar ma kinitx indipendenti mill-Gvern.
Din hi sitwazzjoni inkwetanti għaliex l-awtoritajiet twaqqfu biex joperaw ‘il bogħod mill-politiċi iżda mhux hekk qed isir. Wara l-elezzjoni tal-2013 żdiedu n-numru ta’ permessi ODZ approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Konklużjoni oħra tar-rapprot hi li fl-2015 id-data turi li kull talab għal permess fl-ODZ kienet approvata. Dan ir-rapport hu prova konkreta oħra ta’ kemm l-istituzzjonijiet mhux jaħdmu biex jipproteġu lill-Maltin iżda qed iservu biex grupp ta’ persuni jwettqu l-korruzzjoni bla ħsieb li jitħares l-ambjent.
//= $special ?>