– Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal fil-parlament li x-xogħlijiet kontinwi ta’ kostruzzjoni li qed isiru f’diversi lokalitajiet fosthom Tas-Sliema u San Ġiljan, qed jeffetwtaw ħażin il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u ta-tturisti fiż-żona.
Fid-diskusjsoni fuq il-liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli Karl Gouder tkellem dwar il-problema tal-emissjonijiet u l-problemi li dawn jikkaġunaw fl-ambjent. Hu tratta l-ambjent sostenibbli fil-kuntest wiesgħa mifrux tan-NU u fil-kuntest tal-kwalità tal-ħajja.
Hu żied li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia wkoll jeffettwa l-ħajja tal-Maltin kollha tant li l-poplu kollu kien irrabbjat għal dan il-qtil. Għalhekk hemm bżonn li dak li seħħ ikun indirizzat b’mod immedjat.
Fil-pajjiż l-ambjent qed jitwarrab għall-iżvilupp propju minħabba dak li qed jagħmlu l-isituzzjonijiet tal-gvern. Dawn fallew, sostna Karl Gouder, li semma San Ġiljan u Tas-Sliema u qal li l-mod kif qed isir il-bini f’dawn iż-żoni qed iwassal għal tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Proprju fis-Sajf meta mhux suppost isir xogħol, ir-regoli mhux jinżammu u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jibqgħu għaddejjin. Dan qed jeffettwa wkoll lit-turitsi li jżuru l-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista semma d-dipartiment repsonsabbli għat-tindif tal-pajjiż u qal li dawn qed jipprovaw iżommu l-indafa iżda ħdejhom it-trabijiet u l-ħmieġ ħiereġ minn kullimkien. Hu appella biex il-gvern jisma’ min-nies li jridu pajjiż li jkunu kuntenti li jgħixu fih. Irid ikun ikkunsidrat li l-boom ekonomiku xi darba se jieqaf iżda l-pajjiż jidher li mhux jipprepara għal dan il-perjodu.
//= $special ?>