Sir Michael Fallon sar l-ewwel vittma ta’ skandlu f’Westminster wara li rriżenja minn Ministru tad-Difiża b’konnessjoni ma’ allegat fastidju sesswali.
Fallon, li kien fost l-aktar alleati sodi tal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, ammetta li, fil-passat, l-azzjonijiet tiegħu ‘ma kenux tal-livell meħtieġ ta’ rappreżentant tal-qawwiet armati Britanniċi’. Intant, Michael Fallon – li postu bħala Ministru tad-Difiża, issa, għadda lil Gavin Williamson — ikkummenta (b’riferenza għal Ministri oħra maqbudin fl-iskandlu) li ‘issa kulħadd jeħtieġ iħares lura u janalizza l-passat’.
Meta tkellem dwar ir-riżenja tiegħu, Fallon qal li ċerta imġiba ta’ xi għaxar snin ilu, illum, żgur li m’għadhiex aċċettabbli.
Jirriżenja l-Ministru tad-Difiża Ingliż minħabba fastidju sesswali


