Lazio huma l-uniku tim li rebaħ l-erba’ logħbiet tiegħu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League wara li għelbu lil Nice 1-0 bil-gowl deċiżiv jasal fid-90 minuta minn awto-gowl ta’ Maxime Le Marchand.
It-timijiet Taljani l-oħra naqsu li jirbħu wara li Milan spiċċaw fi draw ta’ 0-0 fil-Greċja kontra AEK Athens. Atalanta spiċċaw 1-1 kontra Apollon Limassol iżda resqu pass eqreb li jikkwalifikaw. Il-plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri daħal bħala sostitut fl-64 minuta.
Iż-żewġ timijiet Ingliżi naqsu li jirbħu iżda t-tnejn għandhom realtajiet differenti. Arsenal iddiżappuntaw meta naqsu li jirbħu fl-Emirates Stadium kontra Red Star Belgrade. Iżda Everton sfaw megħluba 3-0 minn Olimpique Lyon biex issa huma matematikament eliminati.
Ġurnata pożittiva għat-timijiet Ġermaniżi. Hoffenheim spiċċaw 1-1 barra minn darhom kontra Istanbul Basaksehirm Cologne għelbu lil BATE Borisov 5-2 u Hertha Berlin rebħu 2-0 kontra Zorya biex b’hekk it-tliet timijiet baqgħu jittamaw li jikkwalifikaw wara bidu negattiv.
//= $special ?>