Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Raħal Ġdid.
Għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar tal-Ħamis, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Isqof Buhaġiar, Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kymco misjuqa minn raġel ta’ 41 sena, residenti l-Msida u vettura tal-għamla Suzuki Baleno misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti ż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur mar ġo Ċentru tas-Saħħa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>