Sergio Aguero sar l-iktar plejer li qatt skurja gowls għal Manchester City wara li niżżel ismu fost l-iskorers fil-logħba tal-bieraħ fiċ-Champions League. L-internazzjonali Arġentin għamel l-iskor 3-2 fid-69 minuta meta għeleb lil Pepe Reina b’xutt għar-rokna wara kontrattakk veloċi.
Aguero ffirma ma’ Manchester City f’Lulju tal-2011 għal somma ta’ madwar €35 miljun. Il-gowl tal-bieraħ kien il-178 gowl tiegħu f’264 partita biex qabeż lil Eric Brook li kien jilgħab ma’ City bejn is-snin 1928 u l-1940. L-Arġentin kien ukoll ivvutat laqwa plejer ta’ City fl-istaġuni 2011/12 u 2014/15, kif ukoll rebaħ il-Premier League Ingliż darbtejn.
Aguero attwalment għandu rekord ieħor fil-Premier League Ingliż fejn irnexxielu jiskurja ħames gowls fl-inqas ħin possibbli meta kkumparat ma’ plejers oħra li għamlu l-istess f’partita waħda. Dan għamlu f’23 minuta u 34 sekonda kontra Newcastle United fl-2015.
Fl-istorja tal-Premier League Ingliż, Sergio Aguero huwa wkoll l-iktar plejer li laħaq il-mitt gowl fl-inqas żmien, rekord li qabel kien ta’ Alan Shearer, kif ukoll l-iktar plejer, mhux ta’ dixxendenza Ewropea li skurja gowls fl-istess kampjonat.
//= $special ?>