“Eżempju ta’ kif kumpanija Maltija tista’ tegħleb kull fruntiera u tikseb suċċessi mhux biss f’pajjiżna, iżda anke barra minn Malta” – dan hu l-kliem magħżul mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex jiddeskrivi ż-żjara tiegħu fil-fabbrika ta’ Magro Brothers – kumpanija magħrufa sew għall-prodotti lokali.
F’din il-fabbrika fix-Xewkija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ntlaqa’ mill-familja Magro fejn hemmhekk żar il-proċess tal-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti Maltin, u kif ukoll żar l-uffiċini fejn ltaqa’ mal-ħaddiema.
Net News tkellem ma’ John Magro, id-Direttur tal-kumpanija fejn staqsejnih dwar x’inhu s-sigriet wara s-suċċess tal-kumpanija li ilha topera għal aktar minn mitt sena fil-gżira Għawdxija:
Magro Brothers tipproduċi numru kbir ta’ prodotti f’diversi oqsma – kif spjegalna Christian Magro:
Iżda minn fost in-numru kbir ta’ prodotti bħal ġbejniet, irkotta u fażola – il-prodott l-aktar għall-qalb il-kumpanija jibqa’ dak tal-kunserva li għalih il-kumpanija Magro Brothers hi l-aktar renomata, kif tenna Nicholas Magro:
Iżda f’din iż-żjara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia – mhux biss spikka l-proċess tal-produzzjoni, iżda fl-aħħar mill-aħħar il-preżentazzjoni ta’ dawn l-istess prodotti fil-ħanut partikolari li jinsab biswit il-fabbrika. Bil-kunċett partikolari ta’ Savina, Magro Brothers ġabru numru kbir ta’ prodotti li toffri l-gżira Għawdxija u waqqfu attrazzjoni mhux biss għat-turisti, iżda anke għall-Maltin. Tkellima ma’ Joanna Magro, dwar x’joffri l-ħanut tipiku Malti, li ħa ismu minn pjazza Savina – propju fejn bdiet topera l-kumpanija aktar minn mitt sena ilu:
Il-kumpanija Magro Brothers tħaddem tal-inqas 140 ħaddiem, filwaqt li tesporta l-prodotti tagħha f’numru ta’ pajjiżi fosthom l-Awstralja, l-Ġappun, u l-Ġermanja.
Ara r-ritratti li ttieħdu matul din iż-żjara hawnhekk:
//= $special ?>