Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra finali għal kontra t-Turkija

Silvio Vella (Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella, sejjaħ skwadra finali ta’18-il plejer għall-partita valida minn Grupp 6 għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra t-Turkija.

Il-plejers kollha magħżula minn Vella huma fuq il-kotba ta’ klabbs tal-Kampjonat BOV Premier, bl-eċċezzjoni ta’ Myles Beerman li jinsab ma’ Rangers. Beerman u Kyrian Nwoko kienu magħżula wkoll fl-iskwadra proviżorja għal partita ta’ ħbiberija kontra l-Estonja fl-Istadium Nazzjonali fit-12 ta’ Novembru, iżda t-tnejn jistgħu jingħaqdu mat-tim nazzjonali wara l-logħba tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena.

Ħafna mill-plejers se jibdew jitħarrġu mat-tim ta’ Vella l-Ħadd filwaqt li dawk li jilagħbu ma’ Hibernians u Valletta se jibdew it-taħriġ it-Tnejn minħabba l-logħba bejn iż-żewġ timijiet il-Ħadd.

Il-logħba kontra t-Turkija se tkun l-ewwel logħba f’pajjiżna f’dan il-grupp wara li l-ewwel erba’ logħbiet li kollha wasslu għal telfiet ntlagħbu barra l-pajjiż. Fl-aħħar logħba li ntlagħbet fl-10 ta’ Ottubru, it-tim Malti tilef 3-0 kontra l-Iżvezja. Il-logħba hi fl-10 ta’ Novembru u tintlagħab fit-3.00pm fis-Centenary Stadium.

Skwadra finali

Gowlkipers: Jake Galea (Ħamrun Spartans), Philip Schranz (Birkirkara)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), James Baldacchino (Floriana), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Kurt Zammit (Birkirkara)

Midfielders: Myles Beerman (Rangers), Dexter Xuereb (Mosta), James Brincat (Tarxien Rainbows), Jake Grech (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Zachary Scerri (Gżira United), Juan Corbolan (Gżira United)

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Joseph Mbong (Hibernians), Kyrian Nwoko (Valletta), Zachary Brincat (Mosta)