Ulied l-eks Kummissarju Ewropej John Dalli, Louise Dalli u Claire Gauci Borda flimkien ma’ erba’ persuni ta’ nazzjonalità barranija huma mistennija li jitressqu quddiem il-Qorti fejn se jaffaċjaw akkużi relatati ma ħasil ta’ flus.
Żvela dan il-ġurnal The Malta Independent, li qalet li rat l-akkużi li bihom se jkunu qed jitressqu s-sitt akkużati.
Għadu mhux magħruf meta s-sitt akkużati se jkunu qed jitressqu quddiem il-Qorti. L-akkużi li qed jaffaċċjaw huma dwar ħasil ta’ flus, miżappropjazzjoni ta’ fondi, frodi, dikjarazzjonijiet foloz, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u l-użu ta’ dawn id-dokumenti.
Separatament Claire Gauci Borda se tkun akkużata wkoll li kissret l-att dwar ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu u li naqqset mid-dmirijiet tagħha ta’ accountant u awditur.
Elouise Marie Corbin Klein u Charles Ray Jackson se jkunu akkużati wkoll b’falsifikazzjoni tal-passaport u li kienu fil-pussess ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni foloz.
Dan il-każ jikkonerna żewġ kumpaniji li qarqu bi grupp ta’ anzjani amerikani. B’kollox dawn l-anzjani kienu għaddew f’żewġ kumpaniji b’total ta’ 600,000 dollaru.
//= $special ?>

