Futbol Sport

Evra jisraq ix-xena b’daqqa ta’ sieq stil Cantona

Tensjoni qabel il-partita tal-Europa League kontra Vitoria de Guimaraes

Id-difensur Franċiż Patrice Evra spiċċa imkeċċi qabel biss beda l-partita tal-bieraħ wara li ta daqqa ta’ sieq lil wieħed mil-ultras tat-tim tiegħu stess.

Jirriżulta li Evra kien insulentat mis-supporters ta’ Olympique Marseille fil-logħba kontra Vitoria de Guimaraes, valida mill-Europa League.

Evra, eks Manchester United u Juventus, illum għandu 36 sena.