Għal ftit minuti, il-kont fuq Twitter tal-President Amerikan Donald Trump –@realdonaldtrump – ingħalaq. Dan sar minn impjegat tal-kumpanija fl-aħħar jum tax-xogħol tiegħu.
B’kollox il-kont dam magħluq għal 11-il minuta u Twitter ħabbru li kienu qed jinvestigaw il-każ.
Trump fuq il-kont tiegħu għandu 41.7 miljun segwaċi. Il-kont uffiċjali tal-President Amerikan fuq Twitter, @POTUS, ma kienx effettwat.
Ineħħi l-kont ta’ Trump ta’ Twitter


