Lokali

In-Nazzjon 03.11.2017

Fil-Jum ta’ Luttu Nazzjonali fil-ġurnata li fiha se jsir il-funeral tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li ġiet assassinata fis-16 ta’ Ottubru li għadda, il-ġurnal In-Nazzjon qiegħed jippubblika l-header tiegħu bl-iswed bħala turija ta’ rispett u solidarjetà mal-familja Caruana Galizia.

L-istejjer ewlenin tal-ġurnal jittrattaw is-skiet taqtgħu b’sikkina tal-Pulizija fl-investigazzjonijiet li għaddejjin dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-appell tat-tmien diretturi minn midja internazzjonali li qed jitolbu investigazzjoni fuq Malta b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli l-aktar għolja tas-soċjetà ċivili, u l-protesta li se ssir il-Ħadd li ġej min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Fil-paġni tal-opinjonijiet illum insibu l-analiżi ta’ Joe. M. Zahra u ta’ Robert Micallef, u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.