Internazzjonali

Sekwestrata droga fl-Italja destinata lejn l-ISIS

L-awtoritajiet Taljani sekwestraw’il fuq minn 24 miljun pillola ta’ droga sintetika li l-militanti tal-ISIS kienu qegħdin jippjanaw li jbiegħu biex jiffinanzjaw l-attakki madwar id-dinja.
Il-pilloli nħatfu mill-pulizija tal-finanzi u l-uffiċjali tad-dwana fil-port ta’ Gioia Tauro fejn jinżammu l-kontejners.
Is-sejba, fost oħrajn, kienet tinvolvi kaxxi tat-Tramadol, li hi mediċina għal kontra l-uġigħ li tinbiegħ biss bil-preskrizzjoni tat-tabib. Il-kunsinna tal-pilloli tiswa mal-50 miljun ewro, bl-investigaturi barranin jinfurmaw lill-qorti f’Reggio Calabria li d-droga ‘kienet proprjetà tal-ISIS’.