Lokali

Sindku Laburist jistieden in-nies għal ħanżirata fil-ħin tal-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia

Is-Sindku Laburist taż-Żurrieq  Natius Farrugia fil-jum li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia se tingħata l-aħħar tislima u fil-ġurnata ta’ luttu nazzjonali, stieden in-nies fuq facebook “għal ħanżirata” fl-istess ħin tal-funeral.

Hu kiteb dan f’post li kiteb ukoll “li tiżra taħsad”.

Kumment ieħor fuq facebook kienet dak ta’ Jeffrey Pullicino Orlando, persuna qrib il-Prim Ministru Joseph Muscat  u uffiċjal pubbliku. Hu qed jistaqsi jekk kellux isir jum ta’ luttu nazzjonali, b’ton ċar li ma jaqbilx ma’ jum ta’ luttu nazzjonali fil-jum tal-funeral wara l-qtil ta’ brutali ta’ Daphne Caruana Galizia.