Żewġ persuni barranin tressqu l-Qorti wara rapport minn uffiċjali tal-Aġenzija Identity lil Pulizija. Fi stqarrija tal-Gvern ntqal li ħaddiema ta’ Identity Malta nnutaw li raġel ta’ nazzjonalità Filippina kien skadielu l-permess biex joqgħod f’Malta. Waqt wieħed mill-kontrolli li jsiru, ir-raġel ammetta li l-passaport tiegħu ttieħed minn persuna oħra barranija miżżewġa Malti, li talbitu flus b’użura biex ittih il-passaport lura.
Identity Malta għaddiet dan it-tagħrif lill-Pulizija sabiex tkompli tinvestiga dan il-każ. Min-naħa tagħha l-Pulizija nterrogat lill-persuna barranija miżżewġa Malti li kellha l-passaport tal-Fillipin u din ammettiet l-akkużi waqt l-interrogazzjoni.
//= $special ?>

