Lokali Mużika

FILMAT: Kevin Borg b’aktar suċċess globali

Kevin Borg reġa’ mill-ġdid kiseb suċċess, din id-darba iżda fix-xena internazzjonali tal-mużika wara li kkollabora fuq album bl-isem ta’ Untitled mal-grupp popolari Ġappuniż Arashi.

F’kummenti li ta’ lil NetNews Kevin Borg qalilna li huwa ta’ unur li mhux biss għalih iżda li permezz tiegħu qed jagħmel suċċess lil Malta.

L-album tela’ sparat fl-ewwel post fil-Ġappun iżda mhux hekk biss, din il-ġimgħa l-album tela’ wkoll fl-ewwel post bħala l-aktar album mibjugħ fid-dinja kollha b’bejgħ ta’ iktar minn 600,000 album.
Waħda mill-kanzunetti li kiteb Kevin flimkien ma’ Peter Nord f’dan l-album bl-isem ta’ Tsunagu. Kanzunetta li se tintuża wkoll biex tkun il-kanzunetta f’film maġġuri fil-Gappun bl-isem ta’ Shinobi no Kuni.

Kif ma setgħax jonqos huwa rringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor tah is-sapport fil-karriera mużikali tiegħu. Qal li se jkompli jirsisti biex ikompli jikseb is-suċċessi.