Ħabta fit-telgħa tax-Xemxija bejn żewġ karozzi tħalli mara feruta.
Skont informazzjoni li kiseb Net News jidher li l-karozzi ħabtu head-on hekk kif kienu ġejjin minn direzzjonijiet opposti, bil-konsegwenza li mal-ħabta baqgħu deħlin ġo karozza li kienet ipparkjata.
Il-ħabta seħħet fis-7.15 ta’ filgħodu, fejn Fiat Bravo misjuqa minn mara ta’ nazzjonalita Taljana residenti l-Mellieħa u Volkswagen Polo misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena mill-Mellieħa wkoll. Il-Pulizija qalet li l-ħabta seħħet minħabba l-elementi u l-kundizzjoni tat-triq.
S’issa mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-mara li weġġgħet, hekk kif din ittieħdet l-isptar għall-kura.
//= $special ?>