Nathan Lee Xuereb rebaħ il-midalja tal-bronż waqt il-Pre Commonwealths Double Trap Event fil-Gold Coast, l-Awstralja.
Iż-żewġ tiraturi Maltin, Nathan Lee Xuereb u William Chetcuti, irnexxielhom jikkwalifikaw għall-istadji finali. Nathan Lee Xuereb irnexxielu jikseb total ta’ 139 punt minn 150 punt filwaqt li William Chetcuti spiċċa fil-ħames post.
Jason Sciberras ħa sehem fl-iskeet filwaqt li Brian Galea u Paul Formosa se jkunu qed jisparaw fl-avvinement tat-trap. Dawn qed ikunu assistit mill-coach tal-MSSF Jimmy Bugeja.
//= $special ?>