Għalqet il-votazzjoni fl-elezzjonijiet għall-President tal-Kunsill Ġenerali u għar-Rappreżentanti fil-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Skont ċifri uffiċjali, illum ivvutaw 1276 minn 1302 kunsillier eliġibbli.
01:08 – Eletti d-disa’ rġiel fil-Kumitat Eżekuttiv – Ara min huma dawk eletti hawnhekk.
23:30 – Eletti d-disa’ nisa fil-Kumitat Eżekuttiv – Ara min huma dawk eletti hawnhekk.
22:20 – Issa jmiss li jibda l-għadd tal-voti fl-elezzjonijiet tal-eżekuttiv tal-PN
22:09 – Kristy Debono eletta President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista
Fl-ewwel kummenti ma’ Net News, Kristy Debono rringrazzjat lil dawk kollha u vvutawlha, waqt li rringrazzjat lil Ċensu Galea, il-kandidat l-ieħor f’din l-elezzjoni.
21:50 – Jibda l-għadd tal-voti fl-elezzjoni għal President tal-Kunsill Ġenerali

21:38 – Il-voti kollha, kemm tal-elezzjoni tal-President tal-Kunsill Ġenerali kif ukoll tal-elezzjonijiet għall-eżekuttiv jitqassmu f’pakketti ta’ 50 wiċċhom l-isfel

21:20 – Ftit tal-ħin ilu nfetħu l-kaxxi tal-voti.
Il-Kunsilliera eliġibbli illum ivvutaw biex jeleġġu l-President tal-Kunsill Ġenerali bejn Kristy Debono u Ċensu Galea, biex jagħżlu disa’ nisa’ minn lista ta’ 20 u biex jagħżlu disa’ rġiel minn lista ta’ 39 għall-Kumitat Eżekuttiv.
L-elezzjoni fetħet fit-8am u għalqet fid-9pm fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà u f’Għawdex għalqet fis-7.30pm.
Aqra aktar fuq min se jkunu l-kandidati għal din l-elezzjoni fuq din il-link;
//= $special ?>Rispons mill-aqwa għall-elezzjoni tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista – 59 nominazzjoni





