Lokali

Ara min huma l-irġiel eletti fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Fl-elezzjoni li saret biex ikunu eletti r-Rappreżentanti fil-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, id-9 irġiel eletti huma:

  • Ivan Bartolo (562 vot)
  • Jerome Caruana Cilia (760 vot)
  • Robert Cremona (590 vot)
  • Jean Pierre Debono (696 vot)
  • Mario Frendo (593 vot)
  • Ċensu Galea (531 vot)
  • Alex Perici Calascione (713 vot)
  • Pierre Portelli (720 vot)
  • Mark Anthony Sammut (670 vot)

B’kollox kien hemm 39 raġel li kkontestaw din l-elezzjoni. Aktar qabel kien eletti d-9 nisa fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN minn fost 20 kandidat.

Kristy Debono kienet eletta President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. 

Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jkompli l-Ħadd filgħodu, fejn jilħaq il-qofol tiegħu b’diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.